Description
Il- gżejjer Maltin huma miżgħuda leġġendi: stejjer tradizzjonali li għandhom sew mill-mit u sew minn ġrajjiet li seħħew tassew. Fil-qofol tagħhom huma marbutin ma’ xi post jew personaġġ magħruf, u hekk huma mera ta’ eri differenti minn xulxin – anki jekk kultant ir-rakkont oriġinali seta’ kien miżjud jew mibdul.
Hawnhekk qed jidhru ħamsa minn dawn il-leġġendi popolari – tlieta li seħħew f’Malta u t-tnejn l-oħra f’Għawdex. Huma meħudin minn perijodi differenti fl-istorja tal-gżejjer tagħna.
Dawn il-leġġendi kienu dehru fi ktejjeb separati fis-sensiela Kotba Merill bejn l-1982-83. Hawnhekk, riveduti u bl-istampi kollha bil-kulur, qed jidhru flimkien għall-ewwel darba.
Miktub minn Victor Fenech
Tpinġijiet minn Joe Mallia